Raġel ta' 35 sena isofri ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Minn stħarriġ preliminari irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq 

Ritratt mill-arkivji
Ritratt mill-arkivji

Għall-ħabta tad-9AM raġel ta' 35 sena minn Ħal Qormi kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f'inċident fi Triq ix-Xatt, f'Bormla. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Honda CBF li kien qed isuq u waqa'. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar u ġie iċċertfikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin. 

More in Qrati u Pulizija