Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqa' madwar sular u nofs minn gallarija

Il-vittma tal-inċident waqa' mir-residenza li kien joqgħod fiha 

Dalgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza biswit residenza fi Triq il-Genista, il-Karkara u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel mir-Repubblika Ċeka waqa' mill-gallarija tar-residenza li joqgħod fiha, għoli ta' madwar sular u nofs. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija