Wieħed mill-irġiel akkużati li pprovda l-bomba li qatlet lil Daphne jibda strajk tal-ġuħ fil-ħabs

Vella qiegħed jilmentaw dwar il-kwalità tal-ikel fil-ħabs

Jamie Vella, wieħed mill-irġiel akkużati li pprovda l-bomba li qatlet lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia beda strajk tal-ġuħ ilbieraħ għax qed jilmentaw minħabba l-kwalità tal-ikel.

Vella, flimkien mal-aħwa Adrian u Robert Agius, Tal-Maksar, qed ikun akkużat bl-involviment fil-qtil ta' Caruana Galizia u anke tal-Avukat Chircop fl-2015.

L-Avukat ta' Vella qed tgħid li ilhom jilmentaw dwar il-kwalità tal-ikel u baqa' ma sar xejn dwar dan.

Jidher li Vella jbati wkoll mid-dijabete u skont l-Avukat qed iħallas għall-ikel tiegħu stess. 

Huwa ilu 16-il xahar jinżamm taħt arrest bil-Qorti ċaħdet diversi talbiet biex jinħelew mill-arrest.

More in Qrati u Pulizija