Fenech jakkuża lill-pulizija u lill-Europol illi aċċessaw il-mobile tiegħu mingħajr il-permess tal-Maġistrat

L-akkużat bil-kompliċità fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia jisħaq li sar aċċess tad-data fil-mobile tiegħu minn wara dahar id-difiża u l-Maġistrat Inkwirenti

Fi protest miftuħ illum Yorgen Fenech - akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia - talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga dak li hu qed isejjaħ bħala l-falliment tal-pulizija li tippreserva b'mod korrett l-integrità tad-data fuq il-mobile tiegħu. 

L-avukati ta' Fenech, akkużat b'kompliċità fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, akkuża lill-Kummissarju u anke lil Europol li ma qdewx dmirhom meta - skont hu - ma pproteġewx l-integrità tal-mowbajl tiegħu waqt l-arrest. 

Dan il-mowbajl ttieħed minn idejn l-akkużat f'Novembru 20 2019 waqt l-arrest tiegħu f'Portomaso u jumejn wara dan l-istess mowbajl intbagħat f'The Hague sabiex il-Europol taċċessa l-kontenut. 

Il-protest ġudizzjarju jgħid illi l-membru tal-europol daħal permezz tal-password meta l-Maġistrat Inwkirenti ma kienx ta l-awtorizzazzjoni tiegħu. 

Fenech jgħid li l-proċess kollu huwa suspettuż speċjalment fid-dawl ta' xhieda li kienet mogħtija mis-Supretendent Keith Arnaud xahar wara, f'liema smigħ Arnaud kien qal illi l-pulizija diġà kellhom informazzjoni mill-mowbajl ta' Fenech. 

L-akkużat qal li dan jista' biss ifisser li l-aċċess sar minn wara dahar il-Maġistrat u anke d-Difiża.

 

More in Qrati u Pulizija