Iosif Galea u Jason Farrugia bi pjanijiet li jikkorrompu Uffiċjal tal-Pulizija b'xi flus

Saru aktar minn 600 trasferiment ta' dokument minn laptop tax-xogħol ta' Farrugia għal mezzi personali... Il-MITA saħqet li dan kien projbit

Illum kompliet il-kumpilenza tal-evidenza kontra l-eks Uffiċjal Tekniku tal-Malta Gaming Authority (MGA) Jason Farrugia u l-mara tiegħu Christine Farrugia li qed jiġu mixlija b'ħasil ta' flus, frodi u misapproprjazzjoni. Fil-każ ta' Jason Farrugia huwa ġie akkużat ukoll li żvela informazzjoni kunfidenzjali u b'użu ħażin tal-komputer. Jidher iżda li minn investigazzjonijiet ta' mezzi elettroniċi li kellu Farrugia, konverżazzjonijiet ma' Iosif Galea żvelaw li kellhom ħsieb li jikkorrompu uffiċjal tal-Pulizija b'xi flus. Madankollu ma ngħatat l-ebda indikazzjoni għal min bdew jirreferu u għaliex. 

Iosif Galea, li huwa konsulent tal-Gaming u kien jaħdem mal-MGA u ġie arrestat fl-Italja wara Mandat ta' Arrest Ewropew, hekk kif qed ikun imifttex fuq suspetti ta' ħasil ta' flus. Huma iddiskutew affarjiet relatati mal-MGA u pjanijiet biex jiftħu negozju għal rashom. 

Espert maħtur mill-Qorti informa lill-ispettur li kull tip ta' informazzoni li kien hemm fuq il-mobile ta' Farrugia kien tħassar. Minkejja dan jgħid li l-espert irnexxielu jagħmel kopja tal-informazzjoni qabel ma tħassar kollox. 

X'ħareġ mill-investigazzjonijiet? 

  • Evidenza indikat li Iosif Galea daħal fis-sistema ta' MGA diversi drabi wara li telaq mill-Awtorità fl-2013. 
  • Ġew identifikati indirizzi IP assenjati għal numru ta' indirizzi elettroniċi li ġew użati minn numru ta' persuni li jinkludu Farrugia u Galea, kif ukoll missier Farrugia. 
  • Farrugia ħassar numru ta' dokumenti fil-laptop tax-xogħol tiegħu. 
  • Ġew trasferiti aktar minn 600 dokument minn fuq id-database għall-komputer personali tal-koppja Farrugia. L-espert tal-Qorti saħaq li dawn għadhom ma ġewx analizzati għaliex jagħmlu parti mill-inkjesta. 
  • Eluf ta' flus ġew trasferiti minn kontijiet u ta' Galea għall-koppja Farrugia permezz ta' Revolut u ngħataw ċekkijiet. 
  • Farrugia naqas milli jwieġeb ħafna mill-mistoqsijiet li sarulu 

X'qal il-Kap Eżekuttiv tal-MGA? 

Intant illum tkellem il-Kap Eżekuttiv tal-MGA Karl Brincat li ta sommarju ta' l-investigazzjoni interna li saret, wara li ġew ippublikat d-dokumenti fuq The Shift. Saħaq li meta ra li kien hemm ammont sostanzajli ta' infromazzjoni li ġiet ippublikata huwa informa l-pulizija immedjatament. Jgħid li Farrugia kellu aċċess "għal kollox" u li l-funzjoni tiegħu fl-Awtorità kienet li jieħu ħsieb is-sistemi tal-IT. 

"Wara s-sospensjoni tagħhom, tlabt lil xufier biex imur jiġbor il-laptop," saħaq Brincat. Huwa kompla jgħid li dan kien importanti minħabba l-pandemija u li l-MITA kienet intalbet biex tinvestiga hekk kif it-trasferiment tal-informazzjoni fuq mezzi personali kien projbit. 

Il-każ se jkompli f'Lulju. 

More in Qrati u Pulizija