Raġel ta' 44 sena jweġġa' gravi wara li sploda ċilindru tal-gass fil-Belt Valletta

Dan ġara lbieraħ fi stabbiliment, fi Triq l-Ordinanza

Ilbieraħ, tard filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li nstemgħet splużjoni ġejja minn stabbiliment fi Triq l-Ordinanza, il-Belt Valletta. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li fil-kċina tal-istabbiliment kienet seħħet splużjoni minħabba ċilindru tal-gass. 

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza b'tim mediku li ħadu lil raġel ta' 44 sena mill-Belt li sofra ġrieħi kawża tal-isplużjoni. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa' gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija