Raġel ta' 25 sena jitlef ħajtu wara li waqa' minn għoli ta' żewġ sulari

Dan ir-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol f'sit ta' kostruzzjoni meta seħħ l-inċident

Raġel sirjan ta' 25 sena minn Birkirkara tilef ħatu hekk kif waqa' minn għoli ta' madwar żewġ sulari, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol. Dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f'sit ta' kostruzzjoni fi Triq il-Gallina, San Ġwann. 

Il-Pulizija kif ukoll tim mediku marru fuq il-post u assistew lil dan ir-raġel iżda sfortunatament kien iċċertifikat mejjet fuq il-post. 

Bil-każ ġie nfurmat l-Maġistrat tal-Għassa li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija