Raġel akkużat li 10 snin ilu abbuża sesswalment lin-neputijiet tas-sieħba tiegħu

L-akkużat ma jingħatax ħelsien mill-arrest fuq biża li jista' jfixkel il-każ 

Raġel mir-Rabat inżamm taħt arrest hekk kif qiegħed jiġi akkużat li 10 snin ilu abbuża sesswalment lin-neputijiet tas-sieħba tiegħu, bejn l-2004 u l-2012, fid-dar ta' omm is-sieħba. 

Ir-raġel ta' 40 sena, qiegħed jiġi akkużat li għamel aktar minn reat wieħed; li pparteċipa f'atti sesswali ma' tfajliet vulnerabbli u taħt l-età, li sforza lil tfajliet ikunu preżenti għall-episodji ta' abbuż sesswali kif ukoll sforza persuni taħt l-eta jipparteċipaw f'imġiba sesswali permezz tat-teknoloġija.  

Wara li twaqqfet inkjesta maġisterjali, sena ilu, ġie konkluż li r-raġel għandu jiġi akkużat bir-reati. Madankollu l-avukat difensur ta' dan ir-raġel appella għall-ħelsien mill-arrest. L-avukat saħaq li l-akkużat ikkopera mal-pulizija, "wieġeb kull mistoqsija u ċaħad kategorikament dak li qiegħed jiġi allegat." Apparti minn hekk huwa qal li kien impossibli li l-akkużat għamel dawn ir-reati għaliex id-dar tas-sieħba tiegħu kienet wisq żgħira.

L-Avukat saħaq ukoll li dan ir-raġel bħalissa qiegħed jieħu ħsieb lil ommu li tinsab f'qiegħ ta' sodda. F'appell għall-ħelsien, oħt l-akkużat saħqet li lesta li tieħu r-responsabilità ta' ħuwha u wegħdet li lesta li tiggarantixxi li ma jersaqx lejn dawk kollha involuti fil-każ. 

Minkejja dan l-avukat mill-Uffiċju Ġenerali, li qed tirrappreżenta l-prosekuzzjoni rrifjutat li tati din ir-responsabilità lil oħt l-akkużat għaliex f'seduta oħra kienet saħqet li hija ma tistax tieħu ħsieb lil ommha stess għaliex kienet issofri mill-fibromyalgia u tagħmel użu mill-krozzi. 

Kien għalhekk li l-avukat rrifjutat milli l-akkużat jinħeles mill-arrest hekk kif temmen li oħtu ma' setgħetx tieħu ħsiebu l-ħin kollu jekk hija ma kinitx toqgħod fl-istess residenza miegħu. Apparti minn hekk il-prosekutur saħqet li kien hemm iċ-ċans, li kieku ingħata l-ħelsien mill-arrest kien ibagħbas l-evidenza, għaliex il-verżjoni tal-vittmi kien għadu mhux preservat. 

"Huwa minnu r-rapport sar aktar minn sena ilu iżda hu kien jaf li l-vittmi tkellmu għaliex il-missier kien ikkonfrontah fuq l-allegazzjonijiet," qalet il-avukat. Minn naħa l-oħra l-akkużat kien għamel rapport mal-pulizija fuq il-missier għaliex skont ir-rapport, kien ġie mhedded. Sussegwentement il-missier ġie mressaq il-Qorti u ntalab ma jersaqx lejn l-akkużat.

More in Qrati u Pulizija