Żagħżugħ mixli bi stupru jiġi arrestat fuq l-ajruplan mumenti qabel ma jitlaq minn Malta

L-akkużat ġie identifikat minn filmati tas-CCTV miġbura mill-pulizija f’Paceville

Żagħżugħ ta’ 18-il sena ġie mixli bi stupru wara arrest tal-aħħar minuta abbord titjira li kienet se titlaq minn Malta.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Polonja tressaq il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, mill-Viċi Spettur assistit mill-prosekuturi mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Huwa kien akkużat bi stupru, arrest illegali u li wettaq att sesswali mhux kunsenswali fuq il-vittma, li hija mara. Il-Qorti semgħet kif l-inċident seħħ fil-25 ta’ Frar. L-akkużat ġie identifikat minn filmati tas-CCTV miġbura mill-pulizija f’Paceville.

Intant l-investigaturi kellhom jmexxu l-każ b'urġenza wara li rċivew informazzjoni li l-Polakk kien se jħalli l-gżejjer fuq titjira lejn pajjiżu.

L-uffiċjali sussegwentement telgħu fuq l-ajruplan u arrestaw lill-akkużat.

Fil-Qorti dalgħodu, il-Pollakk wieġeb mhux ħati. L-avukat tiegħu talab il-ħelsien mill-arrest, iżda din it-talba ġiet miċħuda mill-Qorti.

More in Qrati u Pulizija