It-Topo jeħel sitt xhur ħabs u multa wara wara li rrifjuta li jikxef il-kompliċi fis-serqa tal-HSBC

Bħalissa Daren Debono t-Topo diġà qed jiskonta s-sentenza ta’ 10 snin 

Daren Debono magħrufa aħjar bħala it-Topo weħel 6 xhur ħabs u ġie mmultat €4,600 talli rrifjuta li jonora l-kundizzjonijiet tal-plea deal tiegħu. Din kienet is-sentenza massima Debono seta’ jieħu għall-akkużi tiegħu

Daren Debono it-Topo kien tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat nhar il-Ġimgħa fil-kumpilazzjoni ta’ provi kontra Vincent Muscat iżda waqt illi kien taħt ġurament, huwa falla milli jidentifika l-kompliċi tiegħu kollha fis-serqa armata tal-HSBC tal-2010.

Fil-Qorti Debono insista li kien se jixhed biss kontra Muscat u mhux se jsemmi lill-kumplament tal-kompliċi tiegħu, filwaqt li qal lill-Qorti li beża għas-sigurtà tal-familja tiegħu.

L-ispeċifiċitajiet tal-plea deal ma sarux pubbliċi. 

Parti mill-akkużi saru wara bibien magħluqa, mifhum li ntqallu dettalji dwar theddid kontra Debono, it-Topo wieġeb ħati tal-akkużi tal-lum illi rrifjuta ordni tal-Qorti biex jixhed. Kopja tas-sentenza li sabitu ħati li pparteċipa fil-hold up tal-2010 ġiet esebita biex tissostanzja din l-aħħar akkuża.

L-avukat ta' Debono, Edward Gatt, għamel appell hekk kif is-sentenza ngħatat mill-Maġistrat Victor Axiak dalgħodu. Bħalissa huwa diġà qed jiskonta s-sentenza ta’ 10 snin.

More in Qrati u Pulizija