Il-Qorti twaqqa' libell li Yorgen Fenech kien fetaħ kontra Manuel Delia

Delia rrifjuta li jippubblika dritt ta' risposta għal blog li kiteb u li kien jirrifletti storja ta' The Times

I-Qorti ma laqgħetx libell li fetaħ Yorgen Fenech kontra Manuel Delia, wara li dan tal-aħħar irrifjuta li jippubblika dritt ta' risposta minn Fenech, dwar artiklu li l-istess Delia kiteb. Dan l-artiklu kien jitratta tender li ingħata mill-Gvern għal vetturi elettriċi bi spiża ta' €1.7 miljun lill-kumpanija li fiha kien direttur Fenech, akkużat bl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, liema storja oriġinarjament kienet dehret fuq The Times. Huwa qal  ukoll li l-Gvern kien nefaq €200,000 oħra biex l-istess kumpanija tissuplixxi charging stations. 

L-avukat Charles Mercieca - li kien qed jirrapreżenta lil Fenech - kien kiteb lil Delia sabiex tiġi ppubblikata dritt ta' risposta u li fiha Yorgen Fenech jiċħad b'mod komplet dak li jsejjaħ "gibda falza u kompleta". Fenech kien qal li din l-istorja kienet parti minn kampanja "ta' fake news" b'fatti li huma intenzjonalment miktubin b'mod li jippreġudikaw u jiżvijjaw lill-qarrejja filwaqt li jpoġġu lil Fenech f'dawl ikrah." 

Delia ma riedx jippubblika din l-ittra u qal li fl-artiklu tiegħu huwa sempliċiment ikkumenta fuq rapport li kien ġie ppubblikat fuq The Times, u li qal illi dan kien jgħid illi l-vetturi kienu importati minn Commercial Vehicles Imports Ltd, li hija ta' TUM Invest. 

"Jekk mhijiex, tista' jekk jogħġbok tikkjarifika jekk l-email tiegħek hux tissuġerixxi li l-'familja Fenech' ma għadhiex deskrizzjoni tajba ta' Yorgen Fenech u l-familja tiegħu' jew inkella kif l-għażla tal-kliem tiegħi jistgħu jkunu deskritti bħala foloz u gideb?"

Il-Maġistrat Rachel Montebello ddikjarat li l-każ għandu jitwaqqa' bl-ispejjeż jinġarru minn  Fenech. L-avukati Andrew Borg Cardona, Matthew Cutajar u Eve Borg Costanzi dehru għal Manuel Delia waqt li Charles Mercieca u Gianluca Caruana Curran qed jirrapreżentaw lil Fenech. 

More in Qrati u Pulizija