'Hemm nies oħrajn li probabbilment huma involuti fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia'

Jgħid dan id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia fis-sottomissjonijiet tiegħu fil-Qorti tal-Appell Kriminali

Id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia qal lill-Qorti li hemm persuni oħrajn - apparti dawk akkużati diġà - li probabbilment huma involuti fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Galea Farrugia kien qed jagħmel sottomissjonijiet quddiem tliet Imħallfin li qed jippresiedu l-Qorti tal-Appell Kriminali, hekk kif din kompliet tisma' l-argumenti ta' George Farrugia u ħuħ, Alfred dwar id-detenzjoni tagħhom fuq l-akkużi li kienu parti mill-assassinju tal-ġurnalista fl-2017. 

Fis-sottomissjonijiet tiegħu quddiem il-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Tonio Mallia u Joseph R Micallef, l-avukat tal-aħwa Degiorgio William Cuschieri argumenta li l-bilanċ għandu jintlaħaq bejn l-importanza tal-każ u d-drittijiet fundamentali tal-akkużat.

Huwa qal li probabbilment huwa vera li hemm xibka ta' kriminalità involuta f'dan il-każ, imma saħaq li dan ma jfissirx illi l-preżunzjoni tal-innoċenza għandha tintrema' 'l barra. Cuschieri qal li huwa vera li kien hemm partijiet oħra involuti, fosthom Melvin Theuma li jgħid illi kien ċempel lill-akkużati sabiex iqawwilhom il-moral. Theuma kien qalilhom ukoll bi pjan biex jiġi mxaħħam Imħallef - xi ħaġa li l-avukat qal illi l-aħwa Degiorgio mhumiex implikati fiha. 

More in Qrati u Pulizija