Raġel li kien qed jingħata kura l-Isptar Mater Dei gidem, insulenta u hedded Pulizija

L-akkużat kien qed jingħata l-kura għaliex kien involut fi ġlieda qabel f'Marsaskala

Jianlin Shen, tressaq quddiem il-Qorti fuq l-akkuża li attakka, insultena u hedded uffiċjal tal-Pulizija.  L-Ispettur Jonathan Ransley rrakkonta li l-akkużat iddaħħal l-Isptar Mater Dei nhar l-24 ta' Jannar wara li kien involut fi ġlieda f'Marsaskala. Waqt li kien qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar, Shen sakkar lilu nnifsu fil-kamra tal-banju u rrifjuta milli joħroġ. 

Kien għalhekk li l-Pulizija ġew imsejjħa għall-assistenza. Ftit mumenti wara, uffiċjal ħabbat mal-bieb u rnexxielu jikkonviċi lill-akkużat jiftaħ il-bieb iżda dan gidmu. 

Intant fil-Qorti, Shen ammetta li hu ħati u kien għalhekk li l-Maġistrat ikkundannatu sitt xhur ħabs, sospiżi għall-sentjen u ġie ordnat li jħallas multa ta' €4,000, li se titħallas fuq perjodu ta' tmien xhur jiġifieri jħallas €500 fix-xahar.

More in Qrati u Pulizija