Il-Qorti ma tilqax it-talba ta' Theuma biex l-Istat ikun parti mid-difiża fil-każ ta' danni miftuħ mill-familja Caruana Galizia

Melvin Theuma qed jitlob li l-Prim Ministru, l-Avukat tal-Istat, l-Avukt Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija jiżdiedu mal-lista tad-difiża

Il-Qorti ma aċċettatx talba ta' Melvin Theuma sabiex l-Istat ikun parti mid-difiża fil-każ ta' danni miftuħ mill-familja ta' Daphne Caruana Galizia. 

Inizzjalment dan il-każ infetaħ kontra Yorgen Fenech, li qed ikun akkużat illi huwa l-moħħ wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, imma wara kien estiż wkoll għal Theuma - li huwa s-sensar f'dan l-assassinju - Vince Muscat (il-Koħħu) li ammetta l-involviment tiegħu u ngħata sentenza ta' 15-il sena priġunerija, kif ukoll għal Alfred u George Degiorgio - akkużati - bl-esekuzzjoni tal-qtil u  Robert Agius tal-Maksar u Jamie Vella - li ġew akkużati bil-forniment tal-bomba li qatlet lil Caruana Galizia. 

L-Avukat ta' Theuma, Kathleen Calleja Grima u Matthew Brincat qed jappellaw biex l-Istat jiżdied ma' din il-lista fid-dawl tal-inkjesta pubblika li kkonkludiet illi minkejja li l-Istat ma kellux sehem dirett fl-assassinju jeħtieġ iġorr ir-responsabilità tiegħu minħabba l-kultura ta' impunità li tħalliet tikber. 

Għalhekk talbu li l-Prim Ministru, l-Avukat tal-Istat, l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija jiżdiedu mal-lista tad-difiża. 

L-Avukat Joseph Zammit Maempel qed jassisti lill-familja Caruana Galizia, l-Avukat William Cushcieri lill-aħwa Degiorgio u l-Avukat Alfred Abela qed jassisti lil Agius u Vella. 

 

More in Qrati u Pulizija