Serqa HSBC: Maġistrat tgħid li ma għandhiex il-poter tiddeċiedi t-Topo għandux jitħalla jixhed

Il-Maġistrat Monica Vella nnutat illi l-Att ta' Akkuża kienet ippubblikata u l-każ kien se jibda, imma sostniet li l-poteri tagħha fiċ-ċirkostanzi kienu limitati għal dak li kienet mqabbda tagħmel mill-Qorti Kriminali

Baqa' mhux ċar jekk Daren Debono magħruf bħala it-Topo hux se jitħalla jixhed kontra l-Koħħu li qed ikun akkużat ukoll ma' Debono fis-serqa tal-HSBC li seħħet fl-2010 f'Ħal Qormi, hekk kif il-Maġistrat li kellu jisma' din ix-xhieda qal illi l-Qorti ma kellhiex biżżejjed poter biex tiddeċiedi fuq talba għal aktar xhieda. 

Il-Maġistrat Monica Vella nnutat illi l-Att ta' Akkuża kienet ippubblikata u l-każ kien se jibda, imma sostniet li l-poteri tagħha fiċ-ċirkostanzi kienu limitati għal dak li kienet mqabbda tagħmel mill-Qorti Kriminali. "Bħala konsegwenza ta' dan, il-Qorti ma tistax tiddeċiedi fuq it-talba tad-difiża li tisma' xhieda oħra." F'seduti oħrajn id-difiża argumentat li Debono ma jistax jixhed għax kien interdettjat u kienet talbet lill-Ispettur Norbert Ciappara jikkonferma dan l-intredett ta' 20 sena, fuq ir-reat ta' perġurju. 

Vella qalet li minħabba li l-poteri tagħha huma limitati għax-xogħol mogħti lilha mill-Qorti kriminali, ma tistax tiddeċiedi fuq it-talba tad-difiża. 

 

More in Qrati u Pulizija