Is-suspettat tal-qtil ta' Paulina Dembska jittieħed l-Isptar Monte Carmeli

Il-Pulizija kellha tissospendi l-interrogazzjonijiet li kienet qiegħda twettaq 

Fi stqarrija, il-Pulizija informat li fil-każ tal-omiċidju ta' Paulina Dembska, l-allegat suspettat tal-qtil, ittieħed l-Isptar Mater Dei biex ikun invistat mit-tobba. Minn hemm huwa ġie riferut għall-Isptar Monte Carmeli. Għaldaqstant il-Pulizija kellha tissospendi l-interrogazzjonijiet tas-suspettat. 

Il-vittma pollakka ta' 29 sena kienet qiegħda toqgħod f'hostel f'Tas-Sliema u kienet Malta bħala studenta. Hija nstabet fi Ġnien l-Indipendenza Tas-Sliema. Filwaqt li l-Pulizija ma semmietx l-isem tal-allegat suspettat tal-qtil, qiegħed jiġi ssuspettat  li ż-żagħżugħ ta' 20 sena huwa Abner Aquilina, miż-Żejtun. 

More in Qrati u Pulizija