Żewġt irġiel jaqgħu minn fuq scaffolding waqt li kienu qed jagħmlu xogħol ta' armar

Raġel minnhom ġie ċċertifikat li weġġa' gravi

Raġel ta' 61 sena minn Ħad-Dingli u ieħor ta' 57 sena mir-Rabat, waqgħu żewġ metri minn fuq scaffolding, wara li kienu qegħdin jagħmlu xogħol ta' armar, fi Triq San Pawl ir-Rabat.

Il-Pulizija ġiet infurmata u ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku. Ir-raġel ta' 57 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa' gravi filwaqt li r-raġel ta' 61 sena ttieħed għall-kura f'Ċentru tas-Saħħa.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

More in Qrati u Pulizija