Żewġ turisti tfajliet jippreżentaw test falz tal-Covid-19; Waħda minnhom kienet pożittiva

Huma ġew ordnati ma jersqux lejn l-Ewropa għal tliet snin u anke ordnati jħallsu multa

Żewġ Turisti Ingliżi ngħataw multa u ordnati ma jersqux lejn l-Ewropa għal tliet snin wara li wieġbu ħatja li vjaġġaw lejn Malta b'riżultat falz ta' test tal-Covid-19. Waħda minnhom, aktar tard, irriżultat pożittiva.

Iż-żewġ tfajliet ta' 21 u 23 sena tressqu l-Qorti dalgħodu.

"Nixtieq nitlob maħfra. Dak li għamilna kien stupidu u konnha egoisti," saħqet waħda mit-tfajliet, bil-Maġistrat tfakkarha li b'dak li għamlu, poġġew lil ħaddieħor f'riskju.

Id-Difiża spjegat kif it-tfajliet kienu sejrin Ibiża iżda t-titjira kienet ikkanċellata u għalhekk iddeċidew li jiġu Malta.

"Kollha hemm aħna għamilna affarijiet stupidi meta konnha tal-età tagħhom," kompla l-Avukat Ettienne Calleja.

L-Avukat ħeġġeġ lill-Qorti biex fis-sentenza tieħu inkonsiderazzjoni l-età tat-tfajliet, il-fatt li kienu fi kwarantina u li kkoperaw mal-Pulizija.

Huma ġew ordnati ma jersqux lejn l-Ewropa għal tliet snin u li jħallsu l-lukanda għall-ispejjeż.

Ġew ordnati wkoll iħallsu multa ta' €900 kull wieħed.

More in Qrati u Pulizija