Żewġt irġiel quddiem il-Qorti wara serq minn supermarket 'għax kienu bil-ġuħ'

Il-Prosekuzzjoni titlob li l-akkużati jingħataw għajnuna kontra l-vizzju tad-droga...

Żewġt irġiel qed jistennew is-sentenza tal-Qorti kontrihom wara li ammettew illi serqu minn supermarket f'Wied il-Għajn, bit-tnejn minnhom jisirqu minħabba li kellhom il-ġuħ. Wieħed mill-akkużati għandu problema ta' drogi filwaqt li l-ieħor jbati minn diżabilità - qal l-Avukat tagħhom Daniel Attard, li sostna illi t-tnejn qed jippruvaw ibiddlu ħajjithom u applikaw għax-xogħol. 

L-irġiel it-tnejn ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom: Serq, serq aggravat u żewġ attentati ta' serq bir-reati kollha jseħħu fl-aħħar jiem u kollha maqbudin fuq il-filmati CCTV tal-istess ħanut. 

L-Ispettur Clayton Camilleri, li qed imexxi l-Prosekuzzjoni, qal illi hu jixtieq jgħin lill-akkużati jibnu ħajjithom mill-ġdid u għalhekk issuġerixxa probation u trattamenti kontra l-użu tad-droga għaż-żewġ akkużati. 

More in Qrati u Pulizija