Test tal-Covid-19 iwassal biex passiġġier jittella' l-Qorti u jeħel sentenza sospiża

Raġel li huwa residenti Għawdex jiżbroffa wara li qalulu illi t-test li kien ħa ma kienx tajjeb biex jitla' fuq l-ajruplan

Resident Daniż li jgħix Marsalforn ingħata sentenza ħabs sospiża wara illi instab ħati li hedded maniġer ta' linja tal-ajru fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.  Ir-raġel ta' 30 sena deher illum quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke u kien imressaq mill-Ispettur Silvio Magro.

Huwa kien akkużat illi hedded maniġer tal-Lufthansa, uża l-forza kontrih, fixkel lil membri tas-sigurtà tal-ajruport u kiser il-paċi pubblika. 

Il-Qorti semgħet kif ir-raġel beda jirrabja wara li qalulu illi l-uniku test li se jaċċettawlu biex hu jitla' fuq l-ajruplan se jkun dak rapidu PCR.  Hu kien ħa test ieħor illi r-riżultati tiegħu jdumu aktar biex ikunu magħrufa. 

L-akkużat, ammetta l-ħtija bil-Qorti tagħtih sentenza ta' sena ħabs sospiżi u multa ta' €200.

 

More in Qrati u Pulizija