Il-każ taż-żewġ saċerdoti Għawdxin akkużati bi stupru fuq abbati se jkompli jinstema' fil-magħluq

 Dun Ġużepp Cini u Dun Ġużepp Sultana qed ikunu akkużati b'abbuż sesswali fuq minorenni; Dun Cini akkużat ukoll bi stupru

Dun Ġużepp Cini u Dun Ġużepp Sultana
Dun Ġużepp Cini u Dun Ġużepp Sultana

Il-każ ta' Dun Ġużepp Cini u Dun Ġużepp Sultana, żewġ saċerdoti mix-Xagħra akkużati b'abbuż sesswali fuq minorenni, se jkompli jinstema' bil-magħluq.

Din kienet id-deċiżjoni tal-Maġistrat Bridgette Sultana hekk kif fil-bidu tas-seduta, l-Avukat tad-Difiża Michael Scriha għamel it-talba.

Il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għat-talba.

L-Avukat qal li qed jagħmel din it-talba kemm għall-ġid tal-vittma u anke biex il-proċess ma jkunx ippreġudikat.

Fis-seduta tal-lum ukoll, ġie deċiż li l-każ ma jibqax jinstema' quddiem il-Maġistrat Monica Vella.

Iż-żewġ saċerdoti li għandhom 84 u 71 sena, qed jinżammu arrestati.

Meta kien xehed fil-kumpilazzjoni tal-evidenza, l-allegat vittma kien qal li Dun Ġużepp Sultana kien jabbużah sesswalment fil-konfessjonarju tas-sagristija tax-Xagħra, filwaqt li Dun Ġużepp Cini kien stuprah fid-dar tiegħu, fost oħrajn.

Aqra aktar:

More in Qrati u Pulizija