Konrad Mizzi mġiegħel jidher quddiem l-bord tal-inkjesta imma xorta ma jweġibx

Konrad Mizzi jerġa jinsisti li dan il-Bord huwa teatrin ... għalkemm fi stqarrija sostna li d-deċiżjoniiet maġġuri l-PM kien jeħodhom

Minkejja li ddikjara li ma jridx jidher quddiem il-Bord tal-inkjesta li qed jistħarreġ il-qtil ta' Daphne Caruana Galzia, għax sejjaħlu "teatrin" immexxi minn "esponenti nazzjonalisti .... u assassini politiċi", l-istess bord ġiegħel lil Konrad Mizzi jidher quddiemu. 

Il-Bord immexxi mill-Imħallef Emeritus Michael Mallia sostna illi l-applikazzjoni ta' Mizzi biex ma jattendix ma kinitx korretta ladarba l-inkjesta qed tinvestiga allegati ommissjonijiet li setgħu jipprevjenu mill-assassinju ta' Caruana Galizia. 

"Biex jaqdi dmiru dan il-bord qed jinvestiga l-entitajiet kollha biex jinvestiga jekk il-kultura ta' impunità setgħetx kellha rwol fl'dan l-assassinju.  Mizzi hawnhekk mhux akkużat imma xhud li l-bord qed jitlob l-assistenza mingħandu."

Intant minkejja dan, meta deher l-eks Ministru xorta ma weġibx il-mistoqsijiet u wara li kkonsulta mal-avukati tiegħu, qara stqarrija li kienet tgħid illi għal kull deċiżjoni maġġuri kien jagħti l-approvazzjoni finali l-Prim Ministru u hu kien isegwi dak li jiddeċiedi l-Prim Ministru.  "L-għan tiegħi kien biss li ngħin lin-nies, biex innaqqsu it-tariffi u l-listi ta' stennija ... jiena sempliċiment ħdimt għall-aqwa interessi tal-pajjiż.  Qatt ma xxaħħamt," saħaq Mizzi. 

 

More in Qrati u Pulizija