36 vettura, €60,000 u 15-il persuna arrestati f'jumejn b'rabta ma' ħasil ta' flus

Apparti minn hekk 15-il kumpanija tressqet il-Qorti u akkużati b'ħasil ta' flus

Gordon Debono jitressaq il-Qorti
Gordon Debono jitressaq il-Qorti

Diversi xhur ta’ investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan idDipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji wasslu biex bejn nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru u t-Tlieta 24 ta’ Novembru ġew arrestati 15-il persuna, minn diversi lokalitajiet madwar Malta.

Waqt din l-operazzjoni l-Pulizija elevat 36 vettura, €60,000 fi flus kontanti, ammont konsiderevoli ta’ ġojjellerija u ħwejjeġ tad-ditta, apparat elettroniku li jinkludu fost oħrajn mobiles, kompjuters u servers u ammont kbir ta’ dokumenti li qed jiġu analizzati.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin, ħamsa mill-persuni arrestati tressqu quddiem il-Qorti, akkużati b’ħasil ta’ flus u reati oħra. It-talba ghall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda mill-Qorti u qed jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Ma’ dawn il-ħames persuni, tressqu l-Qorti wkoll 15-il kumpanija akkużati b’reati ta’ ħasil ta’ flus. Il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi kemm tal-persuni naturali kif ukoll dawk legali.

Dawn l-investigazzjonijiet qed jiġu koordinati ma’ msieħba barranin, inkluż il-Europol, kif ukoll entitajiet Amerikani, Taljani u Ingliż

More in Qrati u Pulizija