Raġel li kien qed jaħdem Malta bla permess ma jingħatax bail fuq akkużi ta' serq

Raġel akkużat b'serq ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest

Raġel ta' 43 sena mis-Serbja inżamm taħt il-kustodja tal-Pulizija u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest (bail) wara li rriżulta illi kien qed jaħdem illegalment għax ma kellux permess u li lanqas saru checks dwar ir-rekord kriminali tiegħu meta daħal Malta.  Huwa deher quddiem il-Qorti llum fuq l-akkuża illi seraq mobile ta' membru tal-Korp tal-Pulizija.

Hu qal illi hu kien sab il-mobile fuq bus stop.

L-akkużat deher quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuibin kontrih. 

L-avukat Mark Mifsud talab għall-ħelsien mill-arrest għax qal li l-klijent tiegħu kellu rekord kriminali nadif. 

Minħabba li dan ir-raġel ma kellu ebda rabtiet ma' Malta, il-ħelsien ma kienx mogħti. 

More in Qrati u Pulizija