L-arma li allegatament intużat biex inqatel Lassana Cisse se tittieħed l-Olanda

Din l-ordni għaddiet 7 xhur wara ma kienet mitluba mil-prosekuturi

L-arma tan-nar li allegatament kienet użata mis-suldati sospiżi Fransesco Fenech u Lorin Scicluna biex allegatament qatlu lil Lassana Cisse Souleyname fi sparatura li saret f'Birżebbuġa f'April li għadda se tittieħed lejn l-Olanda għal aktar testijiet u informazzjoni

Il-Maġistrat Ian Farruġia għadda l-ordni li jsir dan dalgħodu. Din għaddiet wara li f'Lulju li għadda, il-prosekuturi talbu li l-Qorti taħtar espert ballistiku biex jeżamina u jispara l-arma li nstabet fil-pusses ta' Lorin Scicluna.

Wara dan, kien jista' jseħħ analiżi komparattiv bejn il-bullet li nstabet fil-ġisem tal-vittma.

Il-pistola li kienet allegatament intużat mill-irġiel se tkun ittestjata minn Instituzzjoni tal-Forensika f'Hague, fl-Holanda.

More in Qrati u Pulizija