Tnejn il-ħabs wara li serqu dettalji personali mill-ATMs

Dan seħħ wara investigazzjoni konġunta mal-Interpol

Żewġ irġiel mill-Bulgarija inħabsu wara li nqabdu mill-Pulizija f’investigazzjoni konġunta mal-Interpol. Dawn iż-żewġ irġiel kienu akkużati mill-Ispettur Yvonne Farrugia bil-konnessjoni tagħhom mas-serq ta' dettalji personali mill-ATMs fl-2017.

Dan il-każ Imur lura ghal-Diċembru tal-2017, meta il-Pulizija rċievew informazzjoni mill-awtoritajiet Bulgari li ż-żewġ irġiel kienu responsabbli għall-numru ta’ każi tas-serq ta' dettalji personali mill-ATMs fil-Bulgarija fik ukoll numru ta’ pajjiżi oħrajn. Huma kienu arrestati fil-Vietnam fl-2013, skont l-informazzjoni tal-Pulizija, u kienu fit-triq tagħhom lejn Malta, biex skontom probabbilment kienu se jaqbu l-katamaran lejn Sqallija biex jagħmlu serq ta-dettalji personali mill-ATMs f’Napli.

Il-Pulizija stabilixxew li l-irġiel kienu fuq it-titjira iżda ma sabux evidenza ta’ biljetti tal-katamaran, li giegħlithom jissuspettaw li kienu se jagħmlu s-serq ta' dettalji personali mill-ATMs f’Malta.

L-irġiel kienu arrestati fil-lukanda tagħhom f’San Ġiljan fis-16 ta’ Diċembru, 2017. Fil-bagalja ta wieħed mil-irġiel sabu numru ta’ għodda li jintużaw flimkien mal-iskimmers biex jikkupjaw informazzjoni minn fuq il-kard.

Taħt interragazzjoni mill-Pulizija, l-irġiel ċaħħdu l-konnessjoni tagħhom ma’ atti kriminali. Wieħed mill-irġiel qal li l-għodda fil-bagalja kienu japparetjnu għal-ħabib li kien sellfu l-bagalja. Ir-raġel l-ieħor qal li kien siefer lill-Malta biex jiċċelebra l-għeluq ta’ snin tal-ħabib tiegħu.

L-avukat tal-konvenut kienu argumentaw li l-għodda li kienu nstabu fil-bagalja tal-irġiel ma kienux kompluti u allura ma kienx possibli biex jgħamlu s-serq ta' dettalji personali mill-ATMs. Minkejja dan, rapport ta’ espert kien ikkonkluda li dawn setgħu jintużaw għal-affarijiet differenti.

Barra minn hekk, it-testemonja tal-espert tekniku sabu madwar 1.2 terabytes ta’ videos ta’ ATMs, li wrew nies idaħħlu l-PIN tal-card tagħhom. hawnhekk, l-avukat tal-konvenut argumenta li l-videos kienu qodma u ma kellhomx relazzjoni ma’ Malta.

Iktar minn hekk, kienu hemm numru ta’ affrajiet oħra li żiedu s-suspett. Eżempju ta’ dan kien il-fatt li waqt wieħed mill-irġiel kien seema l-għeluq ta’ snin ta’ sieħbu bħala r-raġuni li kien siefer lejn Malta, ir-raġel l-ieħor kien qal li hu kien siefer lejn Malta minħabba l-fatt li l-biljetti kienu rħas, u ma semmiex l-għeluq ta’ snin.

Flimkien ma’ dan, il-Maġistrat qal il-fatt li kien hemm l-għodda indikat li l-irġiel kellhom l-intenzjoni li jisirqu l-flus.

Minn hawnhekk, il-Qorti kkonkludiet li l-akkuża tas-serq ta-dettalji personali mill-ATMs kienu kredibbli. Minn dan, il-Qorti tgħat lill-irġiel sentenza ta’ ħames snin u sitt snin ħabs, flimkien ma’ ordni li jħallsu €3301.

More in Qrati u Pulizija