Żewġ irġiel jinżammu arrestati wara li pprateċipaw fir-rewwixta fiċ-ċentru tad-detenzjoni ta’ Ħal Safi

L-Irġiel huma akkużati bi ħsara fuq il-propjeta tas-Istat, li ħadu sehem f’rewwixta bi ħsieb li jiksru l-liġi, li injoraw l-ordnijiet tal-Pulizija u li kisru tal-paċi pubblika

Żewg immigranti Eġizzjani inżammu taħt il-kustodja tal-pulizija wara li pprateċipaw fir-rewwixta li saret fit-12 ta’ Diċembru, fiċ-ċentru tad-detenzjoni ta’ Ħal Safi.

L-immigranti, li huma t-tnejn mill-Eġittu, kienu wkoll akkużati bi ħsara fuq il-propjeta tas-Istat, li ħadu sehem f’rewwixta bi ħsieb li jiksru l-liġi, li injoraw l-ordnijiet tal-Pulizija u l-ksur tal-paċi pubblika.;

L-inċident, li seħħ it-12 ta’ Diċembru bejn il-11:00 a.m u s-2:00 p.m. Wieħed mill-akkużati għandu 30 sena u l-ieħor għandu 26 sena, u dawn kienu fost il 11-il persuna li ġew arrestati wara r-rewwixta.

Il-Qorti semgħet li l-akkużati qabdu tinda bin-nar apposta fiċ-centru ta’ detenzjoni mingħajr ma kienu jafu jekk kienx hemm immigranti reqdin fit-tinda. Iż-żewġ irġel wieġbu li mhux ħatja.

Il-prosekuzzjoni, immexxja minn l-Ispettur Roderick Attard, inizzjalment akkużathom ukoll illi weġġgħu pulizija b’oġġett tal-metall, iżda din l-akkuża twaqqat.

L-avukat Raisa Colombo qalet li staqsietx għall-pleġġ minħabba l-fatt li kienu bla impjieg u ma kellhomx fejn jgħixu ħlief  għaċ-ċentru nnifsu. Qalet ukoll li kellha tiddefendi wieħed mill-irġiel biss u dan minħabba l-fatt li l-każijiet kienu ħa jkunu separati, allura jista’ jkun hemm possibilità li l-każijiet isiru fl-istess ħin.

Il-Qorti, li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, li ordnat li ż-żewġ irġiel jinżammu fil-kustodja tal-Pulizija sas-smigħ li jmiss.

More in Qrati u Pulizija