Keith Arnaud jgħid illi l-investigazzjoni fil-qtil ta' Daphne għadha miftuħa 'mija fil-mija'

Fix-xhieda tiegħu dalgħodu Arnaud jgħid illi l-pulizija ssekwestraw il-laptops ta' Keith Schembri u martu

Daphne Caruana Galizia
Daphne Caruana Galizia

Fil-Qorti dalgħodu hekk kif kien qed jixhed f'każ li Yorgen Fenech fetaħ kontrih, l-Ispettur Keith Arnaud spjega kif inizzjalment Schmebri kien arrestat għal 30 siegħa u imbagħad arrestat mill-ġdid għal 20 siegħa. Huwa qal li l-investigazzjonijiet għadhom "mija fil-mija" għaddejjin. 

Hu qal illi saret tfittxja fid-dar u l-uffiċju ta' Keith Schembri. F'Kastilja ma nstabx apparat elettroniku.

Il-laptop tiegħu u tal-mara tiegħu, t-tnejn li huma kienu ssekwetrati mid-dar, jispjega Arnaud. 

L-Ispettur Arnaud kien qed jixhed fil-kawża li fetaħ Fenech biex dan jitneħħa mill-każ tal-qtil ta' Daphne, minħabba allegata qrubija u ħbiberija ma' Keith Schembri.  

Ara l-Ispettur Keith Arnaud x'qal dwar il-preżenza tal-Prim Ministru, Silvio Valletta u Keith Schembri fil-briefings dwar l-arrest tat-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, hawnhekk.

Dwar ir-realzzjoni tiegħu ma' Schembri u jekk kienux jitkellmu fuq materji varji, Arnaud sostna illi meta kienu jkunu qed jistennew xi laqgħa tibda kienu jikellmu fuq il-football jew il-familja. 

"Imma qatt ma kien hemm diskussjonijiet dwar impjiegi," sostna Arnaud fir-rigward tal-impjieg li ngħata Melvin Theuma minn Kastilja u li għalih qatt m'attenda. 

 

More in Qrati u Pulizija