Żagħżugħ jispiċċa l-Qorti wara li seraq il-vann ta' missieru

Apparti l-vann, l-akkużat seraq ukoll ċwievet u €230 fi flus kontanti

Żagħżugħ miż-Żejtun tressaq il-Qorti akkużat li seraq ċwievet, flus u l-vann ta’ missieru.

L-akkużat li għandu 29 sena, tressaq quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech akkużat li seraq mazz ċwievet, €230 fi flus kontanti u l-Fiat Dublo ta' missieru

Kien il-missier li rrapporta li l-vann tiegħu nsteraq nhar is-7 ta’ Diċembru. Mill-investigazzjonijiet irriżulta li kien iż-żagħżugħ, iben il-vittma, li seraq il-vann.

L-akkużat wieġeb mhux ħati.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000 u bil-patt u l-kundizzjoni li jiffirma fl-għassa darbtejn fil-ġimgħa.

More in Qrati u Pulizija