Jinqabad b'45 pillola ecstasy, 25 pakkett kokaina u aktar droga waqt party f'San Ġwann

Il-Qorti tordna l-friża tal-assi ta' żagħżugħ riċediv li nqabad bid-droga waqt party

Raġel mill-Ħamrun ċaħad akkużi kontrih ta' traffikar tad-droga wara li l-pulizija għamlu rejd fi klabb f'San Ġwann kmieni l-Ħadd filgħodu. 

Iż-żagħżugħ ta' 24 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea akkużat b'pussess aggravat ta' pilloli ecstasy u kokaina u pussess ta' kannabis. Huwa kien akkużat ukoll li huwa riċediv u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest mogħti lilu fl-2017. 

Fuq l-akkużat instabu 45 pillola ecstasy, 25 pakkett kokaina, tmien pakketti metafetamina u kannabis. Iktar drogi instabu fid-dar tal-akkużat. 

Hekk kif hu diġa kien ngħata l-ħelsien mill-arrest l-avukat Franco Debono ma reġax talab dan għalih imma ppropona li l-akkużat jitpoġġa taħt ordni ta' superviżjoni. "Għandu bżonn jieħu ħsieb numru ta' problemi f'dan l-istadju," qal l-avukat. 

Il-Maġistrat laqgħet din it-talba filwaqt li ordnat ukoll il-friża tal-assi kollha tiegħu li jammontaw għal €13,976. 

More in Qrati u Pulizija