Jinżamm arrestat raġel ta' 59 sena akkużat li kkorrompa tifla taħt l-età

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi John Spiteri u Josef Gauċi.

Raġel ta’ 59 sena, residenti Għajnsielem Għawdex, illum tressaq b’arrest fil-Qorti t’Għawdex akkużat li lbieraħ, fil-lokalità tax-Xewkija, f’xi ħin bejn l-10:15 pm u l-11:15 pm  b’għemil żieni, ikkorrompa tifla taħt l-età tas-sittax- il sena.

Huwa kien akkużat ukoll li fl-istess data, lok, ħin u ċirkostanzi, ikkommetta att ta’ natura sesswali mingħajr il-kunsens fuq l-istess persuna.

L-imputat, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u nżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi John Spiteri u Josef Gauċi.

More in Qrati u Pulizija