Jinżamm arrestat wara li seraq anzjana ta' 70 sena

Kaġun ta' din is-serqa r-raġel anzjan tal-vittma tah attakk b'qalbu

Raġel ta’ 33 sena mir-Raħal Ġdid baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’serq fuq mara ta’ 70 sena. Hu mifhum li kaġun ta’ din is-serq ir-raġel tal-vittma spiċċa rikoverat l-Isptar hekk kif sofra attakk b’qalbu.

Apparti minn dan il-każ, huwa ġie akkużat ukoll li b'serq minn magna tal-ikel fil-Pietà u li sar riċediv.

L-akkużat wieġeb li mhux ħati tal-akkużi, bl-avukat tiegħu, George Anton Buttigieg, jitlob għall-ħelsien mill-arrest.

L-Ispettur Fabian Fleri spjega li l-vittmaa kienet mixja fil-Ħamrun u waqatilha brazzuletta. L-akkużat kompla jsegwi lill-mara u f’punt minnhom waqqafha u insista li dik il-brazzuletta kienet tiegħu. F’dan il-punt hi ppruvat iċċempel lill-Pulizija iżda l-akkużat imbuttaha u ħaddilha l-mowbajl.  Ir-raġel anzjan tagħha kellu attakk tal-qalb minħabba dan l-attakk,” spjega Fleri.

Id-difiża qalet li "assolutament" ma taqbilx mal-ispjegazzjoni tal-Ispettur. B’referenza lejn sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tal-2011, huwa argumenta li l-kondotta kriminali tal-akkużat għandha tittieħed f’kunsiderazzjoni biss meta l-Qorti tkun fl-istadju li tiddeċiedi dwar il-piena u mhux fl-istadju bikri bħal dan.

Madanakollu, il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest tar-raġel.

L-ispetturi Fabian Fleri, Robert Vella u Lydon Zammit mexxew il-prosekuzzjoni. l-Qorti.

L-Avukat Daniel Buttigieg deher parte civile għall-vittmi.

More in Qrati u Pulizija