Jinżamm arrestat fuq akkużi li kkorrompa tifla ta’ taħt it-12-il sena

Il-Libjan ġie akkużat ukoll talli renda ruħhu reċidiv.

Raġel Libjan ta' 34 sena lbieraħ tressaq il-Qorti akkużat li kkorrompa tifla ta’ taħt it-12-il sena.

Ir-raġel li joqgħod ġewwa r-Rabat Għawdex, ġie mressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Sultana, akkużat li fit-28 t’Ottubru ta' din is-sena kkorrompa tifla taħt l-età ta’ sittax-il sena u talli kkommetta att ta’ natura sesswali mingħajr il-kunsens fuq persuna taħt l-età.

Il-Libjan ġie akkużat ukoll talli renda ruħhu reċidiv.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi hekk kif miġjuba fil-konfront tiegħu, ma ngħatax il-libertà u baqa’ jinżamm arrestat.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci u l-Ispettur John Spiteri.

More in Qrati u Pulizija