Se jkollu jerġa' jibda mill-ġdid każ ta' attakk fuq pulizija pajżan

Il-qorti tal-Appell Kriminali tordna li għandu jibda mill-ġdid każ ta' attakk brutali fuq Pulizija pajżan

Każ fil-konfront ta’ raġel li kien diġà nstab ħati li ta xebgħa brutali lil Pulizija pajżan se jkollu jerġa' jibda mill-ġdid. 

Il-Qorti tal-Appell Kriminali, ippreseduta mis-Sur Imħallef Aaron Bugeja qalet li l-każ kontra raġel ta’ 41 sena residenti l-Birgu għandu jerġa’ jibda mill-ġdid minħabba l-fatt li l-Pulizija kienet irtirat akkuża fundamentali qabel mar-raġel kien ammetta.

Is-sena li għaddiet il-Qorti kienet semgħet kif il-Pulizija kien waqqaf lill-akkużat għaliex beda jsuq b'mod perikoluż. Kaġun t'hekk, l-akkużat kien irreaġixxa b'mod vjolenti bit-tfajla tal-akkuża tirrakkonta fil-Qorti kif l-għarus tagħha kien qala' daqqiet ta’ ponn f’wiċċu għal madwar tliet minuti sħaħ.

L-akkużat kien wieġeb ħati wara li l-Pulizija rtirat l-akkuża li huwa attakka uffiċjal tal-Pulizija fuq il-bażi li huwa ma kienx jaf li dan kien Pulizija fil-ħin tal-attakk. Fis-sentenza tagħha l-Qorti kienet ordnat lill-akkużat jagħmel 250 siegħa servizz fil-komunità.

L-Avukat Ġenerali kien appella minn din is-sentenza għaliex skontu kienet wisq ħanina.

L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Amadeus Cachia dehru għar raġel.

More in Qrati u Pulizija