Multa u liċenzja sospiża wara li weġġa' gravi lil sewwieq ta' mutur

Ir-raġel ta' 43 sena mis-Serbja u li joqgħod l-Msida wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Illum fil-Qorti sewwieq ta' trakk instab ħati b'sewqan perikoluż u li kkaġuna ġrieħi gravi lil sewwieq ta' mutur.

Ir-raġel ta' 43 sena mis-Serbja u li joqgħod l-Msida wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

L-ispettur Jonathan Ransley spjega fil-Qorti li l-inċident seħħ fis-26 ta’ Ottubru li għada. F’dan l-inċident is-sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi fil-pelvis u dahru. 

L-avukat tal-akkużat, Arthur Azzopardi qal li l-klijent tiegħu jinsab iddispjaċut ħafna b'dak li ġara u li kien inkwetat dwar il-kundizzjoni tar-raġel.

Wara li semmgħet is-sottomissjonijiet taż-żewġ partijiet kollha l-Qorti ordnat li l-liċenzja tas-sewqan tal-akkużat tkun sospiża għal tliet xhur filwaqt li mmultatu €2000.

More in Qrati u Pulizija