Jgħidu fil-Qorti li Gafà talabhom €2,500 għal visas mediċi

L-irġiel li xehdu permezz ta' video-link qalu li Gafà allegatament talabhom €2,500 għal visas mediċi.

Illum fil-Qorti nstemgħet ix-xhieda ta' diversi Libjani kontra l-uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Neville Gafà dwar l-allegat każ ta’ tixħim għall-ħruġ tal-visas mediċi.

L-irġiel li xehdu permezz ta' video-link qalu li Gafà allegatament talabhom €2,500 għal visas mediċi.

Din l-informazzjoni ħarġet hekk kif kompla jinstema' l-libell, miftuħ mill-istess Gafà, konta David Lindsay bħala editur ta’ The Malta Independent. Il-gazzetta kienet irrapportat li numru ta’ ċittadini Libjani ħallsu għall-viżi mediċi għat-trattament f’Malta, trattament li suppost ingħata bla ħlas skont ftehim bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ix-xhieda, eżaminati mill-avukat difensur Peter Fenech, qalu li Gafà kien avviċinahom flimkien ma’ interpretu f’Malta. Mistoqsi jekk qatt tkellimx ma’ Gafà, ir-raġel qal li ltaqa' miegħu fl-isptar, fejn Gafà kien introduċa lilu nnifsu bħala 'l-aġent tal-Gvern ta' Malta.'

"Gafà kien talabni € 2,500 biex niġi ngħix Malta," qal wieħed mill-irġiel. 

Persuna oħra li tgħat ix-xhieda tagħha qalet li hi rrifjutat li tħallas dan il-pagament. Aktar tard allegatament din il-persuna ġiet avviċinata biex ma titkellimx dwar il-każ. “Qalilna li jekk ma nitkellmux jagħtina lura l-flus u t-trattament li ridna. Is-somma kienet bejn €200,000 u  €300,000. Aħna rrifjutajna,” qal ix-xhud.

Il-każ ikompli.

More in Qrati u Pulizija