Jinżamm taħt arrest wieħed mill-persuni arrestati fir-rejd tal-Pulizija f’razzett fiż-Żejtun

L-akkużat li kien ġie arrestat flimkien ma’ żewġ persuni oħra nhar is-sibt li għadda meta l-Pulizija daħlet u wettqet rejd f’razzett fiż-Żejtun fejn kienet ilha jiem tosserva attività suspettuża.

Raġel ta’ 41 sena miż-Żejtun tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar ta’ droga eroina u kokaina.

L-akkużat kien ġie arrestat flimkien ma’ żewġ persuni oħra nhar is-sibt li għadda meta l-Pulizija daħlet u wettqet rejd f’razzett fiż-Żejtun fejn kienet ilha jiem tosserva attività suspettuża.

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia akkużat bit-traffikar u l-pussess aggravat tad-droga kokaina u eroina, bil-pussess ta’ arma tan-nar mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija, kif ukoll bil-ksur tal-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja li ngħata b’rabta ma’ kawżi oħra.

Notevolment, l-akkużat kien diġà ġie arrestat f’Lulju li għadda waqt li nqabad tiela' fuq sellum biex jikseb aċċess għad-dar tal-ġirien tiegħu. Huwa kien ingħata l-libertà proviżorja f’Awwissu.

Intant, illum huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrest

More in Qrati u Pulizija