Żagħżugħ jinżamm arrestat wara li nqabad isuq karozza mimlija kannabis

B'kollox, fil-karozza u f'garaxx instabu disa' kilogrammi kannabis

...esperimenti juru suċċess kontra l-epilessija
...esperimenti juru suċċess kontra l-epilessija

Il-Pulizija mistennija tarresta aktar persuni wara li lbieraħ il-Pulizija arrestat żagħżugħ ta’ 22 sena li kien qed isuq karozza mimlija kannabis.

Huwa ttella’ l-Qorti dalgħodu u nżamm arrestat, minkejja li wieġeb mhux ħati, fosthom ta’ traffikar.

L-Ispettur Justine Grech qalet lill-Maġistrat Audrey Demicoli kif il-Pulizija waslitilha informazzjoni li ż-żagħżugħ kien qiegħed jittraffika d-droga u waqqfuh waqt li kien qiegħed isuq karozza, irreġistrata fuq ħaddieħor.

Tliet kilogrammi kannabis instabu fil-karozza tiegħu.

Aktar tfittxijiet fil-garaxx, li ċ-ċwievet tiegħu kienu għand l-akkużat, irriżultaw f’sejba ta’ 6 kilogrammi kannabis oħra.

L-Avukat Franco Debono insista li l-akkużatq qatt qabel ma kellu problemi mal-Pulizija u kellu xogħol fiss. Għalhekk talab għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Qorti semgħet mill-Prosekuzzjoni li wissiet dwar is-serjetà tal-każ u li ż-żagħżugħ jista’ jbagħbas l-evidenza.

More in Qrati u Pulizija