Jittella' l-Qorti l-aħħar grupp ta' immigranti ... wieħed biss iwieġeb ħati

B'kollox, 27 persuna ttellgħu l-Qorti dalgħodu

L-aħħar grupp ta’ immigranti li ħadu sehem fl-irvell tal-Ħadd li għadda f’Ħal Far tressqu l-Qorti dalgħdu.

Is-27 persuna mis-Sudan, iċ-Chad, mis-Somalja, l-Eritrea u l-Kosta tal-Avorju, li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn is-16 u l-55 sena, ttellgħu quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella.

L-Ispettur Roderick Attard, akkuża lill-irġiel li ma obdewx l-istruzzjonijiet tal-Pulizija u li kisru l-paċi pubblika.

L-irġiel kollha, ħlief wieħed, wieġbu mhux ħatja.

L-akkużat li wieġeb ħati ngħata sentenza ta’ sitt ġimgħat detenzjoni.

Il-ħelsien mill-arrest ma kienx mitlub.

Aqra aktar dwar dak li seħħ ilbieraħ fil-Qorti billi tagħfas hawn.

More in Qrati u Pulizija