Tliet impjegati ta' supermarket akkużati li serqu 'l fuq minn €7,000 fi prodotti

L-akkużati qed iwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom

Tliet impjegati ta’ supermarket tressqu l-Qorti akkużat li serqu ‘l fuq minn €7,000 fi prodotti.

L-akkużati għandhom bejn is-17 u l-34 sena.

L-Ispettur Colin Sheldon qed jakkuża lit-tliet persuni b’serq aggravat. Iż-żagħżugħ li għandu 21 sena, kien akkużat ukoll li sar reċidiv.

Is-serq seħħ f’Settembru, bil-maġġoranza tal-affarijiet misruqa huma prodotti tal-ikel.

L-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia qalu li l-akkużat qed iwieġbu mhux ħatja waqt li talbu għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx sakemm ikunu imposti kundizzjonijiet stretti.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

More in Qrati u Pulizija