Il-Qorti tordna kura psikjatrika għal raġel li kellu u xerred materjal pornografiku tat-tfal

L-akkużat, li għandu 34 sena, tressaq il-Qorti dalgħodu u immedjatament wieġeb ħati

Raġel ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs wara li ammetta li kiseb u xerred materjal pornografiku tat-tfal.

L-akkużat, li għandu 34 sena, tressaq il-Qorti dalgħodu u immedjatament wieġeb ħati.

L-Avukat Graziella Tanti saħqet li l-akkużat għandu bżonn kura psikjatrika.

Il-Maġistrat Audrey Demicoli ordnat li tul is-sentejn fil-ħabs, ir-raġel għandu jirċievi kura psikjatrika.

Ordnat ukoll li jkun distrutt il-materjal pornografiku li kellu fil-pussess tiegħu.

More in Qrati u Pulizija