Tifel ta' 15-il sena akkużat b'tmien serqiet minn djar privati

Dawn is-serqiet allegatament saru bejn ix-xhur ta' Awissu u Settembru li għadda.

Tifel ta’ 15-il sena ngħata l-libertà proviżorja wara li ġie mixli fil-Qorti b’serq aggravat minn tmien t'idjar privata f’Wied il-Għajn.

Dawn is-serqiet allegatament saru bejn Awissu u Settembru li għadda.

It-tifel, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-libertà proviżorja minħabba li l-biża li l-akkużat jbagħbas mal-evidenza.

Il-Maġistrat Audrey Demicoli staqsiet għalfejn it-tifel ma kienx qiegħed imur l-iskola. Huwa wieġeb li kienu għadhom ma bagħtux għalih. 

Fid-dawl t’hekk il-Qorti ordnat lill-prosekuzzjoni biex tivverifika din id-dikjarazzjoni mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti aċċettat it-talba tad-difiża għall-libertà proviżorja bil-kundizzjoni li l-akkużat jiffirma darbtejn fl-għassa kull ġimgħa u fuq garanzija personali ta’ €2000.

Apparti minn hekk, l-Qorti ordnat it-tfassil ta’ rapport soċjali fil-każ ta’ dan it-tifel.

L-Ispettur Mario Xiberras u Oriana Spiteri mexxew il-prosekuzzjoni filwaqt l-avukat Graziella Tant dehret għall-akkużat.

More in Qrati u Pulizija