Il-Qorti tgħid li l-eks avukat mixli bi frodi m'għandux joħroġ mill-pajjiż

L-eks avukat Patrick Spiteri jinsab mixli bi frodi u miżapproprjazzjoni ta’ madwar €7.4 miljun

Illum il-Qorti Kriminali rrevokat id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati li kienet se tħalli lill-eks avukat Patrick Spiteri, mixli bi frodi u miżapproprjazzjoni ta’ madwar €7.4 miljun jsiefer fuq raġunijiet ta’ xogħol. 

F’Awissu li għadda, Spiteri kien talab sabiex jitrattbu l-kundizzjoni tal-ħelsien mill-arrest tiegħu dan għaliex skontu kienet impossibbli li xi ħadd f'Malta joffrilu impjieg. 

Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti kienet qalet li se tagħti permess lill-eks avukat jitlaq minn Malta għal ħames t’ijiem kull tliet ġimgħat. Dan kien se jsir fuq depożitu ta’ €7,000 qabel kull vjaġġ.

Iżda illum fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti qalet li Spiteri kemm-il darba kien naqas milli jattendi seduti tal-Qorti u kif huwa kien ġie mġiegħel jirritorna Malta fuq mandat t’arrest Ewropew.

Minkejja li rrikonoxxiet d-diffikultà li dan il-każ qiegħed jitfa' fuq il-possibbiltà ta’ impjieg tiegħu, il-Qorti qalet li ma kellix l-assigurazzjoni li jekk tagħti dan il-permess, Spiteri kien se jirritorna lura Malta
 
“Jekk Spiteri jemmen li jixtieq jasal fit-tmien ta’ dawn il-proċeduri u jemmen fl-innoċenza tiegħu, għandu jagħmel milli jista’ u jgħaġġel il-proċeduri legali. Din hi xi ħaġa li s’issa hu għadu m’għamilx.

Fid-dawl tar-rekord tiegħu inkluż fl-attentat li jaħrab mill-arrest fir-Renju Unit, il-Qorti qalet li Spiteri m’għandux jingħata l-permess biex joħroġ mill-pajjiż.

More in Qrati u Pulizija