Tliet snin ħabs għal omm li kellha materjal pornografiku tat-tfal tagħha

Il-mara ġiet illiberata mill-akkuża ta’ korruzzjoni ta’ minuri iżda nstabet ħatja li pproduċiet materjal pornografiku tal-minuri.

Omm Taljan ta’ 35 sena ġiet ikkundannata s-sentenza ta’ tliet snin ħabs wara li nstabet ħatja li kellha fil-pussess tagħha materjal pornografiku ta' minuri. Ir-ritratti inkwistjoni li nstabu fil-pussess tagħha kienu proprju tat-tfal tagħha; waħda fl-eta’ bikrija ta’ 18-il xahar u l-oħra ta’ tliet snin.

Il-Qorti semgħet kif il-mara kienet inizjalment irrapportata mill-iskola li hi taħdem fiha, hekk kif apparantament hi stess kienet uriet dawn ir-ritratti lil numru ta’ kollegi. Ġie żvelat ukoll fil-Qorti li wħud minn dawn ir-ritratti kienu juru lit-tfal tagħha għarwenin ma’ missierhom, b’xi ritratti minnhom juru t-tfal jmissu l-partijiet ġenitali tal-missier.

Minn naħa tagħha hi sostniet mal-Pulizija li kienet ħadet dawn ir-ritratti sabiex tużahom f’proċeduri legali kontra r-raġel tagħha li kien ried joqgħod għarwien id-dar.

Meta ġiet mistoqsija mill-Pulizija dwar dawk ir-ritratti li juru t-tfal tagħha għarwenin biss, hi qalet li dawn ittieħdu sabiex isaqsi lill-pedjatra jekk it-tfal tagħha humiex b’saħħithom. Madanakollu, fix-xhieda tiegħu, l-pedjatra qal li l-mara wrietu dawn ir-ritratti minħabba is-separazzjoni tagħha minn mir-raġel.

Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat Audrey Demicoli qalet li l-azzjonijiet tal-mara ma kienux fi ksur tal-liġi tal-korruzzjoni ta’ minuri u li r-ritratti tat-tfal jinħaslu u jorqdu ma setgħux jiġu meqjusa bħala pornografija tal-minuri. Minn naħa l-oħra, dawk ir-ritratti li wrew lit-tfal jmissu l-partijiet privati ta’ missierhom kienu definittivament pornografija tat-tfal.

Apparti minn hekk l-Qorti osservat li ħafna mir-ritratti kienu ttieħdu żmien qabel ma bdew il-proċeduri ta’ separazzjoni. Apparti minn dan, il-Qorti qalet li r-raġuni tal-mara għalfejn żammet dawn ir-ritratti ma kienetx valida,

Finalment il-mara ġiet illiberata mill-akkuża ta’ korruzzjoni ta’ minuri iżda nstabet ħatja li pproduċiet materjal pornografiku tal-minuri. Fid-dawl ta’ dan il-Qort ikkundannat lil-omm is-sentenza ta’ tliet snin ħabs.

L-avukat Alfred Abela kien l-avukat għall-mara filwaqt li l-Ispettur Joseph Busuttil mexxa l-prosekuzzjoni.

 

More in Qrati u Pulizija