Ġlieda dwar ħlas ta' kirja twassal biex raġel jaqla daqqiet ta' sikkina

Żewġ irġiel mill-Għarghur jitressqu l-Qorti fuq ġlieda li spiċċat pjuttost ħażin ...

Raġel ta' 58 sena kien akkużat b'attentat ta' qtil ta' kuġinuh li għandu 74 sena. 

L-Ispetturi Keith Arnaud u Roderick Spiteri ressqu lill-akkużat mill-Għarghur quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli u akkużawh b'attentat ta' qtil, li kkawża ġrieħi gravi fuq il-vittma, li kellu fuqu sikkina waqt l-offiża u li kien qed iġorrha f'post pubbliku kif ukoll li hedded illi joqtol lill-vittma. 

L-akkużat, allegatament, niffed lill-vittma erba' darbiet waqt argument nhar il-Erbgħa li għaddew dwar ħlas ta' kirja. Il-vittma sofra minn ġrieħi f'ġenbu u f'idu tax-xellug. 

Id-difiża qed targumenta li r-raġel kien ipprovokat u kien diġa għamel rapporti qabel lill-pulizija dwar il-vittma. Għalhekk huwa m'ammettiex l-akkużi miġjuba kontrieh. 

Jidher illi dan l-inċident inqabad kollu kemm hu fuq kamera CCTV. 

 

Il-Qorti m'aċċettatx it-talba għall-ħelsien mill-arrest u għalissa se jinżamm taħt arrest. 

More in Qrati u Pulizija