Akkużati li stupraw tfajla f'karozza: Wieħed ħati u l-ieħor illiberat

Iż-żewġt irġiel ġew misjuba ħatja li ħatfu lit-tfajla iżda wieħed biss instab ħati li stupraha

Il-ġuri taż-żewġt irġiel akkużati li ħatfu u stupraw tfajla Taljana ntemm ilbieraħ filgħaxija wara li l-ġurati għamlu ‘l fuq minn ħames sigħat jiddeliberaw.

Ir-raġel ta’ 39 sena min-Niġerja nħeles mill-akkużi minkejja li kien mar-raġel l-ieħor ta’ 38 sena mill-Burkina Faso u nstab ħati.

It-tnejn li huma nstabu ħatja li ħatfu lill-mara, li żammewha kontra r-rieda tagħha u li kkawżawlha ġrieħi ħfief.

Ir-raġel ta’ 38 sena kien inqabad il-fatt mill-Pulizija, mingħajr qalziet fil-karozza mat-tfajla li bdiet tgħajjat għall-ajjut.

Il-każ seħħ lura fl-2016, bt-tfajla kienet maħtufa mill-Bajja ta’ San Ġorġ.

Skont il-Pulizija, ir-raġel ta’ 39 sena kien fuq barra tal-karozza u ħarab jiġri malli lemaħ il-Pulizija.

Intant, dalgħodu, mistennija tingħata s-sentenza.

Il-każ instema’ wara l-bibien magħluq.

More in Qrati u Pulizija