Jinżamm arrestat raġel ta' 26 sena akkużat b'pusses aggravat tad-droga

Il-Maġistrat Farrugia ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Raġel li kien diġa' ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq pusses ta' droga illum reġa' spiċċa fl-iżbarra hekk kif ġie mixli b'każ ieħor ta' pusses ta' droga kannabis,

Dalgħodu l-Ispettur Matthew Spagnol resaq lil Libjan ta’ 26 sena residenti f’San Ġwann quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia 

Skont Spagnol, l-akkużat kien ġie arrestat f’nofsillejl tal-lejl li għadda l-meta l-pulizija nnotat ‘vettura suspettuża.’ Wara tfittix fil-vettura tiegħu, il-Pulizija sabet mal-43 gramma tal-ħaxixa kannabis.

 Ir-raġel wieġeb mhux ħati għal akkużi miġjuba kontrih.

L-avukat tiegħu talab għall-ħelsien mill-arrest u argumenta li għalkemml-akkużat ma kienx ċittadin Malti u kien ilu Malta seba’ snin u kien obda l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest għal sentejn u nofs sħaħ.

”Dan ir-reat għadu mhux ppruvat u apparti minn dan skont sentenzi tal-Qrati tal-UE, il-ħelsien mill-arrest huwa r-regola u d-detenzjoni hija l-eċċezzjoni, insista l-avukat.

Fis-sentenza tiegħu, l-Maġistrat Farrugia qal li ma kienx konvint li r-raġel kien ta’ min jafdah u għalhekk ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

More in Qrati u Pulizija