Illum fil-Qorti Patrick Spiteri li jinsab mixli bi frodi u b'miżapproprjazzjoni ta’ madwar €7.4 miljun talab sabiex jitrattbu l-kundizzjoni tal-ħelsien mill-arrest tiegħu.
Sentejn ilu, meta l-eks avukat kien ingħata l-ħelsien mill-arrest hu kien ġie ordnat jirrapporta fl-għassa ta’ San Ġiljan kuljum u jinġabar f’daru sat-8.00 pm. Iżda illum Spiteri talab lill-Qorti sabiex jinbidlu dawn il-kundizzjonijiet hekk kif skontu ma jistax isib xogħol Malta u l-unika opportunità li għandu hi fir-Renju Unit.
F’seduta separata, l-avukat tiegħu Stefano Filletti kien argumenta li kien impossibbli li xi ħadd f'Malta joffri impjieg lil Spiteri. Il-Qorti kienet qalet li din hi sempliċiment ‘ipoteżi.’
B’risposta t’hekk, l-avukat sejjaħ għall-żewġ negozjanti u erba’ ditti legali sabiex jagħtu r-risposta tagħhom fil-Qorti dwar jekk huma personalment humiex lesti jimpjegaw lil eks avukat. Kollha qalu li għalkemm Spiteri kien bniedem kompetenti, r-reputazzjoni tiegħu kienet possibilment se tikkaġuna ħsara kbira lid-ditta legali u saħansitra problemi ta’ diliġenza mal-MFSA. Filletti kompla jgħid kif l-akkużat kien qed jiġi wkoll umiljat jitkarrab għax-xogħlijiet mal-eks ħbieb tiegħu.
Finalment il-Maġistrat qal li se joħroġ digriet mis-sigrieta.
L-Avukat Charles Mercieca deher għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukat Stefano Filletti kien l-avukat difensur.