Jinżamm arrestat wara li allegatament kiser ordni ta’ protezzjoni

Raġel baqa’ jinżamm arrestat wara li allegatament kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u ordni ta’ protezzjoni meta pprova jiltaqa' mat-tfal tiegħu.

Raġel baqa’ jinżamm arrestat wara li allegatament kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u ordni ta’ protezzjoni meta pprova jiltaqa' mat-tfal tiegħu.

L-akkużat deher quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum wara nofsinhar, akkużat li kiser il-kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest li fihom kien stipulat li r-raġel irid joqgħod mill-inqas kilometru ‘l bogħod minn martu.

Mistoqsi għaliex huwa mar qrib id-dar tal-eks mara tiegħu f'Wied il-Għajn, ir-raġel kien spjega li ma kien ilu ma jara tnejn mit-tliet uliedu għal ħames snin u għalhekk kien qed jittama li jarahom.

Fil-Qorti l-Ispettur spjega li ma kien hemm l-ebda ordni ta’ protezzjoni għat-tfal tiegħu, iżda żied jgħid li ż-żjarat bejn iż-żewġ partijiet kienu twaqqfu meta f’Marzu l għadda,i l-akkużat ikkawża argument. Kaġun t’hekk qal l-Ispettur, iż-żewġt itfal l-oħra rrifjutaw li jiltaqgħu miegħu għal dawn l-aħħar ħames snin.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-ħelsien mill-arrest ma ntalabx f’dan l-istadju.

L-avukati Franco Galea u Ilona Debono dehru għall-akkużat.

L-ismijiet qed jinżammu.

More in Qrati u Pulizija