Akkużat li għamilhom b'€4,620 ħsara fuq il-karozzi għax baqa' bla ħlas

L-akkużat li bħalissa jinsab bla xogħol ġie ordnat jirrapporta fl-għassa ta’ Birżebbuġa kuljum.

Raġel ta’ 37 akkużat b’ħsara fuq proprjetà tal-impjegati tiegħu illum ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000.  

Ir-raġel Libjan li ilu Malta għal dawn l-aħħar erba’ snin ġie akkużat li għamel ħsara fuq il-karozzi tal-impjegati tiegħu, wara li allagatament dan ma tħallasx tax-xogħol illi għamel. Hu mifhum li l-ħsara tammonta għal €4,620.

Huwa wieġeb mhux ħati għal akkużi miġjuba kontrih.

L-akkużat li bħalissa jinsab bla xogħol ġie ordnat jirrapporta fl-għassa ta’ Birżebbuġa kuljum.

L-Ispettur Oriana Spiteri mexxiet il-prosekuzzjoni filwaqt li Christopher Chircop ta l-għajnuna legali lil akkużat.

More in Qrati u Pulizija